VOTE16+

 

Malta t-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea li l-età ta’ votazzjonijiet hi ta’ 16–il sena.    

 
Jum storiku għal pajjiżna, hekk kif fis-6 ta' Marzu 2018 ġew approvati mill-Parlament Malti emendi fil-Kostituzzjoni biex  l-età tal-votazzjoni f’Malta tinżel għal 16-il sena għall-elezzjonijiet ġenerali, dawk tal-Parlament Ewropew u anke referenda.

Dawn l-emendi ġew approvati mill-Parlament Malti b’mod uanimu, liema emendi setgħu jsiru biss bl-approvazzjoni ta’ minn l-inqas żewġ terzi tal-Kamra.

B’dan il-pass ifisser li fl-elezzjonijiet li jmiss, dawk għall-Parlament Ewropew tal-2019, 8,500 żagħazugħ u żagħżugħa ser ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċess elettorali. Dan hu mod kif fil-prattika dan il-Gvern qed iwessà bil-fatti d-demokrazija f’pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli sostniet li b’dan il-pass, pajjiżna qed jerġa’ jikteb l-istorja, hekk kif Malta hija t-tieni stat membru tal-Unjoni Ewropea fejn l-età tal-votazzjoni hi ta’ 16-il sena. Malta issa hija wkoll  fost l-ewwel għaxar pajjiżi fid-dinja li għandha dan id-dritt.

Il-Gvern Malti qed juri bil-fatti li għandu fiduċja fiż-żgħażagħ ta’ pajjiżna.